Hillary Clinton, il-kandidat tal-Partit Demokratiku għall-Presidenza, ħassret l-impenji tagħha tal-kampanja elettorali għal din il-ġimgħa. Dan wara li tħabbar li kellha pulmonite.
Din il-ġimgħa hi kellha tmur Kalifornja biex tiġbor fondi għall-kampanja kif ukoll biex tidher fuq programm televiż popolari.
Imma nhar il-Ħadd waqt it-tifkiriet tal-attakki tal-11 ta’ Settembru f’Manhattan ħassha ħażin u telqet ħesrem miċ-ċerimonja fost agħa kbir tal-midja Amerikana. Għall-ewwel in-nies ta’ Clinton qalu li kien l-effett tas-sħana imma wara ammettew li l-Ġimgħa kien instab li kienet marida bil-pulmonite. It-tabib tagħha qal li hi kellha bżonn il-mistriħ imma kienet qed tirkupra.
Dan l-aħħar kien hemm ħafna spekulazzjoni għaliex Clinton kienet il-ħin kollu tisol waqt l-attivitajiet politiċi u dan kien wassal ukoll għal kummenti mill-avversarju politiku tagħha, ir-Repubblikan Donald Trump.
Clinton timrad u tħassar l-impenji
