Lokali

Donald Tusk f’Malta

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk kien fi żjara f’Malta li matulha ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-laqgħa saret fil-Berġa ta’ Kastilja u matulha kien deċiż li fil-bidu tas-sena d-dieħla jitlaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea f’Malta. Matul din il-laqgħa hu mistenni li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ifasslu l-programm ta’ ħidma għall-Unjoni Ewropea.

F’indirizz lill-media wara l-laqgħa bejn il-Prim Ministru Malti u l-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk qal li Malta hu post ideali biex ikunu diskussi soluzzjonijiet għal uħud mill-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea.

Wara ż-żjara ta’ nofstanhar f’Malta, Tusk baqa’ sejjer fi triqtu lejn Spanja għal laqgħat mal-Prim Ministru Spanjol.