Minkejja li Il-Kantilena ilha snin twal li nkitbet xorta għadha tqajjem id-diskussjonijiet.
Minsuġa minn Pietru Caxaru, għall-ħabta tal-1450, Il-Kantilena hija l-eqdem dokument miktub bil-lingwa Maltija, miktuba min-neputi ta’ Caxaro, Brandano, kif kien jiftakarha hu, u kienet parti mill-atti notarili ta’ Brandano. Wara ħames sekli mitlufa, Il-Kantilena ġiet misjuba biss fl-1966 minn Patri Mikiel Fsadni u l-Prof.Godfrey Wettinger.
Nhar it-22 ta’ Settembru fis-7pm l-Akkademja tal-Malti se tkun qed tagħmel attivita’ ta’ taħdit fiċ-ċentru tal-fortifikazzjonijiet, Triq San Mark, il-Belt Valletta. Fost l-oħrajn tul id-diskussjoni Patri Mark Montebello se jkun qiegħed jagħti t-taħdita bit-tema Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaru bħala poeżija kjażtika. Id-dħul għal din l-attivita’ huwa b’xejn.
//= $special ?>