Kunsilli Lokali Lokali

Imut l-eks Kunsillier tal-PN Richard Chetcuti

Illum tħabbret il-mewt tal-eks kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Richard Chetcuti li kellu 54 sena.

Richard, għal diversi snin ħadem fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex.

Il-funeral tiegħu se jsir l-Erbgħa 14 ta’ Settembru fid-9:15am fil-Knisja Parrokjali ta’ Ta’ Xbiex, San Gwann tas-Salib.

Il-qraba ta’ Richard Chetcuti qed jappellaw sabiex dawk kollha li jixtiequ jagħtu xi fjuri minflok għandhom jagħtu donazzjoni lil Puttinu Cares, Children’s Support Group u lir-Rainbow Ward tal-Isptar Mater Dei