Direttiva industrijali għall-ħaddiema fl-A&E Department biex ma jitilgħux fuq ambulanza li minnha qed joħroġ id-diesel.
L-MUMN tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni t’ambulanza b’numru tar-reġistrazzjoni GVH- 006 li minnha qed joħroġ id-diesel. Minħabba dan, din il-vettura qed tpoġġi fil-periklu lill-ħaddiema tal-isptar, lill-pazjent u kif ukoll lix-xuffiera fit-triq.
Kelliema qalu li ammont ta’ diesel qed joħroġ mill-vettura u dan qed joħloq xkiel anke fl-entratura tal-ambulanza.
L-MUMN sostniet li din il-problema ilha hemm kważi xahar u infatti kienu l-infermiera li l-ewwel ilmentaw dwar dan, madanakollu baqgħet ma ttieħdet l-ebda azzjoni. Għalhekk l-MUMN qed issejjaħ direttiva industrijali għall-infermiera u l-ħaddiema fl-A&E Department biex ma jużawx u ma jitilgħux fuq din l-ambulanza sakemm din il-problema tiġi mħarsa kif suppost.
//= $special ?>