Lokali

Omm titlob biex il-mowbajl ta’ bintha, li tilfet ħajjitha, jingħatha lura

Xahrejn wara li Tara Malou Licari tilfet ħajjitha f’inċident ta’ traffiku fi Triq Reġjonali, l-omm għadha bit-tama li ċ-ċellulari ta’ bintha jingħata lura. Lucianne Licari qalgħet li hi u l-qraba għadhom bit-tama li jinstabu l-Iphone u l-baseball cap ta’ bintha. Iż-żagħżugħa tilfet ħajjitha f’inċident li seħħ nhar id-19 ta’ Lulju, fejn il-karozza għal xi raġuni tilfet il-kontoll u baqgħet dieħla ġo ħajt. Skont l-omm, il-karta tal-identita’ tat-tifla kienet qed tinżamm fil-cover tal-mowbajl.

Il-familja ġiet infurmata minn persuni fuq il-post li qalu li kien qed mowbajl idoqq bla waqfien fil-vettura. Huma qalu li fittxu anke fuq il-post pero ma kien l-ebda traċċa tal-affarjiet mitlufin.

Omm Tara qalet li tpoġġa’ tracker fuq il-mowbajl bit-tama li jinstab, hija saħqet li hi ma tridx l-mowbajl iżda trid ir-ritratti u l-memorji li hemm ġo fih. Is-sinjura Licari qalgħet li t-tifla kienet tħobb il-fotografija u kienet għadha sa ftit qabel l-inċident li ħadet xi ritratti u għalhekk huma jixtiquhom bħala memorja.

Hija appellat biex jekk xi ħadd sab il-mowbajl jista’ jirritornah b’mod dirett lill-familja filwaqt li jibqa’ anonimu, jew anke jħalli l-mowbajl fl-għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema. Hija qalgħet li iPhone 6S jew 7 se jingħata bħala premju.

Hija qalgħet li għadha bit-tama li xi ħadd sab il-mowbajl fil-bitħa jew mal-ġenb tat-triq, u forsi jridu Iphone bħal dak, u għalhekk bħala premju qed jagħtu wieħed ġdid.