Lokali

Wirja ta’ żwiemel fil-Buskett organizzata minn Timsport PN

Il-Ħadd fil-Buskett ġiet organizzata t-tieni edizzjoni tal-wirja taż-żwiemel organizzata minn Timsport PN u fiha ħadu sehem mas-60 żiemel.

Attività li kienet suċċess b’attendenza sabiħa, b’dawk li huma dilettanti taż-żwiemel ikollhom xalata, fejn intrebħu numru ta’ Challenge Cups.

Żaru l-attivita’ fil-Buskett, kemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kif ukoll il-kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Isport David Agius, u d-deputati Toni Bezzini, Ryan Callus u Antoine Borg.

Din l-attività suċċess tkompli tikkonferma u ssaħħaħ in-numru ta’ attivitajiet sportivi li se jkunu organizzati sal-21 ta’ Settembru, bl-ghan li tkompli tissawwar il-kultura sportiva f’pajjiżna.