Lokali

Żewġ Taljani iweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Żewġ irġiel iddaħlu l-isptar għall-kura wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

Kien għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Mannarino, Birkirkara.

Il-Pulizija mid-Distrett marru mmedjatament fil-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel Taljan ta’ 54 sena residenti Birkirkara u Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti n-Naxxar.

Flimkien mas-sewwieq tal-mutur kien hemm raġel Taljan ta’ 59 sena.

Issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-isptar Mater Dei fejn ngħataw il-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.