Fil-programm radjofoniku tal-bieraħ filgħaxija, Replay Ikompli fuq Radio 101, il-President ta’ B’Kara Adrian Delia u s-Segretarju ta’ Floriana Dione Borg tkelmu dwar dak li ġara fil-Kunsill tal-MFA nhar l-Erbgħa li għadda meta huma t-tnejn flimkien mal-President ta’ Sliema Wanderers, Keith Perry u s-Segretarju ta’ Hibernians, Stephen Abela m’aċċettawx li jpoġġu fejn jgħidilhom il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo. Dan kollu wassal għal argument sħiħ tant li l-Premier League Standing Committee ħarġet stqarrija biex turi d-diżappunt tagħha lejn il-mod ta’ kif ġab ruħu Darmanin Demajo.
Fil-programm tat-Tnejn filgħaxija, il-presentatur Christian Micallef talab l-intervent ta’ Darmanin Demajo iżda l-President tal-MFA ħass li m’hemm ebda kwistjoni f’dan kollu u ma xtaqx jikkumenta biex ma jkomplix ikabbar din l-istorja. Replay ħa l-kummenti ukoll tal-Viċi President ta’ B’Buġa, Angelo Chetcuti li hu ukoll membru tal-Kunsill tal-MFA.
Int tista’ ssegwi l-programm radjofoniku tal-bieraħ permezz ta’ din il-link:
Replay Ikompli jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fit-8pm fuq Radio 101.
//= $special ?>