L-MRFU, l-assoċjazzjoni Maltija tar-Rugby għandha tmexxija ġdida wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-bieraħ. Il-President il-ġdid tal-MRFU hu Steve Busuttil li għeleb lil Brian Dalton, li mexxa l-aħħar l-assoċjazzjoni fl-aħħar tliet snin. Steve Ganado se jkun is-Segretarju Ġenerali ġdid wara li għeleb lil Don Hewer filwaqt li Audrey Vella u George Zammit Montebello ġew eletti bħala Teżorier u PRO rispettivament.
Il-viċi Chairman u Chairman tal-Youths Joseph Borda ma kienx kontestat u għalhekk żamm il-kariga tiegħu. Kemm Brian Dalton u Don Hewer irringrazzjaw lil kulħadd tas-sapport li kellhom fit-tliet snin li għamlu fil-karigi tagħhom, filwaqt li awguraw lill-kunsill il-ġdid fil-ħidma tagħhom.
//= $special ?>