Żewġ ajruplani militari tal-Istati Uniti għaddew minn fuq il-Korea t’Isfel bħala wirja ta’ saħħa intiża biex tibgħat messaġġ lill-Korea ta’ Fuq komunista.
It-titjira ta’ żewġ bombers supersoniċi tat-tip B-1B Lancer saret ftit jiem wara li r-reġim tal-Korea ta’ Fuq wettaq il-ħames prova nukleari tiegħu bi sfida għall-komunità internazzjonali.
Il-bombers taru fil-baxx minn fuq bażi tal-ajru, fil-Korea t’Isfel, li tinsab anqas minn 80 kilometru ‘il bogħod mill-fruntiera tal-ġar komunista.
L-aħħar prova nukleari mill-Korea ta’ Fuq qed titqies bħala ‘l-akbar s’issa mill-Koreani komunisti’ u l-Istati Uniti ma tilfitx żmien biex twissi lir-reġim fi Pyongyang dwar ‘il-konsegwenzi serji’.
Il-bombers tat-tip B-1B jintużaw għal missjonijiet strateġiċi filwaqt li kapaċi jġorru l-missili nukleari u bombi li jistgħu jeqirdu lill-bunkers mibnija taħt l-art.
//= $special ?>