Ir-rwol tal-Kumitati Sezzjonali dejjem kien ċentrali għall-Partit Nazzjonalista. Il-Partit jemmen li biex ikun tassew ħaj u attiv ghandu jkollu parteċipazzjoni wiesgħa minn kull lokalita’ u f’dan l-aspett il-Kumitati Sezzjonali huma fundamentali.
Dan qalu l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-PN Jean Pierre Debono f’intervista ma’ Net News. Hu spjega x’inhu l-irwol tal-Kumitati Sezzjonali ghal waqt il-Festi tal-Indipendenza ta’ din is-sena.
L-Assistent Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono sahaq li l-Kumitati għandhom ikunu b’saħħithom biex iwasslu l-messaġġ tal-partit lin-nies iżda fuq kollox biex jaraw li l-messaġġ tan-nies jasal għand il-Partit u jkun ċentrali fl-istess politika tal-Partit Nazzjonalista.
Jean Pierre Debono sostna li l-mewga pozittiva li qed jara tikber lejh il-Partit Nazzjonalista f’dawn ix-xhur kienet bis-saħħa wkoll tal-ħidma qawwija tal-kumitati li fost l-oħrajn ħadmu biex din is-sena kienet fost l-aqwa snin fdak li hu tesserament mal-Partit fl-aħħar 10 snin.
Għalhekk il-Partit jemmen ħafna u jivvalorizza l-Kumitati Sezzjoanli bħala organi indispensabbli ghall-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>