Wieħed miż-żeffiena ta’ Beyoncé, John Silver, seraq ix-xena f’wieħed mill-kunċerti tal-kantanta Amerikan meta fi tmiem il-ġimgħa tela’ fuq il-palk sabiex jipproponi lit-tfajla tiegħu Ashley Everett.
Fost għajat kbir mill-folla preżenti, Silver niżel fuq kuptejh sabiex joffri ċ-ċurkett tal-għerusija f’ġest illi emezzjona mhux ftit lil Everett, li hija l-lead dancer ta’ Beyoncé.
Il-kunċert tas-Sibt, fl-istess weekend illi fih Beyoncé għalqet 35 sena, kien qed isir f’The Dome at America’s Centre ġewwa St. Louis f’Missouri.
Il-proposta għaż-żwieġ saret waqt il-kanzunetta Single Ladies (Put a Ring on it).
//= $special ?>