Il-preparamenti fuq il-Fosos tal-Floriana ghall-festi tal-Indipendenza għaddejjin b’ritmu mgħaġġel. Dan hekk kif mis-Sibt jibdew l-attivitajiet tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Fosos tal-Floriana li din is-sena għandhom it-tema Nirnexxu Ilkoll Flimkien.
Is-sibt filghaxija, fl-ewwel attivita politika li ghaliha l-pubbliku huwa mistieden jattendi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil se jkun intervistat mill-preżentatur Peppi Azzopardi. Il-Ħadd se tkun organizzata diskussjoni politika bit-tema’, Politika li tista’ tafda. It-Tnejn imbaghat issir diskussjoni politika oħra din id-darba bit-tema ‘Il-Partit Nazzjonalista t-tarka tiegħek’ biex imbgħad it-Tlieta, lejliet il-Festa tal-Indipendenza l-Kap tal-Partit Nazzjonalista jindirizza Mass Meeting, dejjem fuq il-Fosos.
F’dawn il-festi, it-tnejn se jkun organizzat ukoll il-konkors kanzunetta Indipendenza. Se jkun hemm wkoll diversi attivitajiet immirati anke għat-tfal.
Nhar il-Festa tal-Indipendenza, l-Partit Nazzjonalista se jorganizza riċeviment fi Ġnien Indipendenza, f’Tas Sliema. Għal dan ir-riċeviment se jkun qed jattendi l-Kap tal-Partit bil-pubbliku jista’ jikseb aktar informazzjoni dwar ir-riċeviment mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>