L-aħħar rapporti dwar Hillary Clinton qalu li l-kandidat tal-Partit Demokratiku għall-Presidenza tal-Istati Uniti kienet ‘ħbiet id-dijanożi dwar il-pneumonia li qabditha’ lil ħafna mill-istaff tagħha. Dan waqt li hi ‘għażlet li tinforma biss lil qrabatha u membri taċ-ċirku ta’ ġewwa’.
Ir-rapporti żiedu li Clinton kienet ‘imħassba’ li l-aħbar tal-marda setgħet tkun sfruttata mir-Repubblikani, b’mod partikulari mir-rivali ewlieni tagħha għall-White House, il-kandidat Repubblikan, Donald Trump.
Hillary Clinton kienet ikkonfermata li qed tbati minn pneumonia nhar il-Ġimgħa u hi kompliet bil-kampanja tagħha minkejja l-pariri biex tqatta’ perjodu ta’ mistrieħ.
Clinton, issa, qalet li ‘qed tħossha ħafna aħjar’ u li ‘hi ma ħarġitx pubbliku bl-aħbar dwar il-marda għaliex tassew ma ħasbitx li l-ħaġa setgħet tqanqal kontroversja hekk kbira’.
//= $special ?>