Studenti tal-Iskola Medja San Tumas More ta’ Ħal Tarxien issa għandhom l-opportunità li jbidlu l-perspettiva tagħhom dwar il-konsum tal-ilma, grazzi għall-proġett ta’ ħarsien tal-ilma ffinanzjat mill-Programm tal-Ilma ta’ HSBC – Catch the Drop.
L-iskola, li hi magħrufa li tieħu approċċ proattiv fil-ħarsien tal-ambjent, kellha bżonn tibdel is-sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita tagħha. Bl-għajnuna tal-Programm tal-Ilma ta’ HSBC – Catch the Drop – żewġ tankijiet tal-ilma u ġibjun kienu installati. It-tankijiet għandhom kapaċità ta’ 1,000 litru filwaqt li l-ġibjun jista’ żżomm sa 5,000 litru. Is-sistema ġdida ser tintuża biex jissaqqa u jinżamm fi stat tajjeb il-ġnien.
Il-proġett f’din l-iskola, li għandha l-Bandiera Ħadra, kien inawgurat uffiċjalment mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo matul il-laqgħa ta’ filgħodu, fejn l-istudenti ppreżentaw ix-xogħol artistiku ambjentali tagħhom. Id-disinji kellhom messaġġi ta’ ħarsien tal-ilma b’lingwi differenti. Dan il-mezz innovattiv, b’taħlita ta’ xjenza ma’ lingwi internazzjonali attira aktar fondi mill-programm Catch the Drop. B’kollox 100 card kienu stampati biex jitqassmu fil-komunità.
L-Assistent Kap tal-Iskola Medja ta’ San Tumas More Franceanne Borg Orland faħret l-appoġġ tal-HSBC meta qalet: “Ġejna bl-idea għal dan il-proġett ta’ ħazna għall-ilma tax-xita imma ma stajniex inkompluħ waħedna minħabba nuqqas ta’ fondi. L-għajnuna tal-HSBC għamilitha possibbli li nirrealizzaw il-proġett b’mod professjonali u sostenibbli.”
//= $special ?>