Lokali

Il-PN b’politika għal kulħadd li fiha jirnexxi l-poplu kollu

Il-PN hu impenjat li jwettaq politika li fiha jirnexxi l-poplu kollu u mhux biss dawk tal-qalba kif qed jseħħ bħalissa taħt il-Gvern Laburista; għalhekk il-messaġġ f’dawn il-festi tal-Indipendenza ‘Nirnexxu lkoll Flimkien’.

Dan sostnieh il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta indirizza attivita’ soċjali f’Baħar iċ-Ċagħaq li fiha tkellem dwar kif il-PN dejjem emmen u jibqa’ jemmen li l-politika għandha tkun hemm biex il-bniedem itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tiegħu.

Il-Kap tal-PN qal li bħlaissa l-Gvern Laburista qed jattwa politika li taqdi u taġevola biss lill-ftit madwar il-Prim Ministru.

Dan filwaqt li l-ewwel interess ta’ ċertu politiċi madwar il-Gvern hum ali jifftħu kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Il-pajjiż llum hu maqsum bejn ċittadini tal-ewwel klassi – dawk viċin u madwar il-Prim Ministru Joseph Mucst- u ċ-ċittadini tat-tieni klassi dawk li m’għanhdom lil ħadd min jgġħinuhom. Il-PN se jattwa politika li tneħħi din id-diksirminazzjoni u li ifha jirnexxi kulħadd.

Simon Busuttil appella lill-poplu biex jieħu sehem ifl-festi tal-Inidpendenza u jibgħat messaġġ qawwi lill-Gvern biex il-politika tkun nadifa u onesta; politika li jista’ jwettaqha bsis il-PN.

Kap Coffee Morning Splash & Fun-6854