Il-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, Michael Piccinino, dalgħodu waqt il-Parlament taż-żgħażagħ propona li żgħażagħ ta’ 16-il sena ‘l fuq għandhom jitħallew jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali.
Matul is-sessjoni saru wkoll diversi proposti dwar għajnuna għal żgħażagħ li għandhom il-vizzji u oħrajn għal attivitajiet ta’ edukazzjoni informali għall-istudenti.
Is-sessjoni tal-Parlament taż-żgħażagħ qed titmexxa mid-Deputat Speaker Ċensu Galea.