Internazzjonali

Il-wiċċ tar-refuġjati li qed jaħrbu lill-Boko Haram

Din il-mara hija waħda mill-ħafna refuġjati illi fl-aħħar jiem qasmu lejn l-Italja sabiex jaħarbu mit-terrur f’pajjiżhom. Hi ġie salvata mill-MOAS, il-bastiment ibbażat Malta illi qed iwettaq ħidma importanti ta’ salvataġġ fil-Mediterran.

Fuq il-Facebook Page tal-MOAS ġie ippubblikata l-istorja ta’ din il-mara Niġerjana li rreferew għaliha bl-isem Jane.

I ħarbet minn pajjiżha sabiex tiddefendi lit-tfal tagħha mit-theddida tal-grupp terroristiku Boko Haram. “Domna 8 xhur biex naslu l-Libja. Il-vjaġġ kien perikoluż. Ġejna imsawwta. Qlajna daqqiet ta’ sieq. Konna mingħajr ilma”.

Jane tispjega illi hi għamlet dan il-vjaġġ flimkien mat-tliet uliedha. U mil-Libja, huma rikbu dinghy fid-direzzjoni tal-Ewropa. “Il-ħolma tagħna hi li ngħixu ħielsa fl-Ewropa. Nixtiequ naslu l-Ġermanja”.

Matul dan ix-xahar kienu eluf dawk li ġew salvati bejn sema u ilma, filwaqt li kien hemm għexieren kbar illi ma rnexxielhomx itemmu l-vjaġġ tagħhom.