Int lest tħallas $3,000 lil xi ħadd biex joqgħod fil-kju u jżommlok post għall-iPhone7? Dan huwa dak li qed jiġri fi New York, quddiem l-istabbiliment ewlieni tal-Apple f’Fifth Avenue.
L-iPhone il-ġdid mistenni jkun għall-bejgħ nhar il-Ġimgħa. Iżda minn issa bdew jinġabru n-nies fi kju jistennew li joħroġ dan l-ismartphone.
Anke fil-Ġermanja, diversi persuni diġa’ qed jikkampjaw quddiem il-ħwienet tal-Apple f’Kurfuerstendamm Boulevard.
L-iPhone 7 se jkun fil-ħwienet tliet ijiem oħra.
//= $special ?>