Sport Waterpolo

Malta tagħlaq Grupp D fil-Kampjonat Ewropew b’telfa

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena għalaq Grupp D bit-tielet telfa fil-grupp meta l-bieraħ filgħodu tilef kontra l-Greċja 20-7. Il-Griegi li huma wieħed mil-favoriti li jaslu sal-aħħar tal-kompetizzjoni, kif mistenni mexxew il-logħba bil-pass tagħhom, bit-tim Malti jtejjeb il-prestazzjoni fit-tieni sessjoni, kuntrarju għall-ewwel żewġ partiti.

Wieħed jinnota li fit-tliet partiti li t-tim Malti lagħab, dejjem kien hemm sekwenza partikolari fejn għal żewġ sessjonijiet speċjalment dik ta’ wara l-mistrieħ, it-tim Malti żamm ‘il pass mal-avversarji. Il-gowls għat-tim Malti waslu permezz ta’ sitt gowls minn Ben Plumpton u gowl ieħor ta’ Miguel Zammit.

It-tim Malti issa jilgħab għal partiti ta’ klassifikazzjoni fejn għada jaffronta lit-tim nazzjonali tal-Ażerbajġan fis-1.45pm.