Dan is-sit jinsab f’pożizzjoni li jikkonferma illi abbord il-bastiment Harmony of the Seas hemm numru ta’ Maltin. Iżda sa issa, kollox qed jindika li l-Maltin kollha jinsabu qawwijin u sħaħ.
Aktar kmieni illum, persuna mietet meta kien qed isir eżerċizzju ta’ prova fuq life boats, fejn jidher li waħda mid-dgħajjes ċediet meta din kienet qed titniżżel minn fuq il-cruiseliner.