L-eks President ta’ Iżrael, Shimon Peres, qed jingħata trattament l-isptar wara li sofra attakk tal-puplisija.
Peres, li għandu 93 sena, iddaħħal b’urġenza fiċ-Ċentru Mediku ta’ Sheba, f’Tal Hashomer, fil-limiti ta’ Tel Aviv, fejn baqa’ konxju — filwaqt li rrappurtat f’kundizzjoni stabbli. F’Jannar li għadda, l-Istatista veteran kien għadda b’suċċess minn kirurġija tal-qalb ġol-istess sptar.
Shimon Peres serva b’distinzjoni f’kull kariga ewlenija politika mindu Iżrael twaqqaf bħala Stat, fl-1948. Dan meta hu serva darbtejn bħala Prim Ministru, waqt li kien President Iżraeljan bejn l-2007 u l-2014.
Peres kien ukoll protagonista wara l-programm nukleari sigriet ta’ Iżrael u fl-1994 rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi ( li kien qasam mal-eks Prim Ministru Iżraeljan Yitzhak Rabin u l-eks Mexxej Palestinjan Yasser Arafat) għar-rwol tiegħu fin-negozjati għall-paċi bejn pajjiżu u l-Palestinjani li saru f’Oslo, fin-Norveġja, fl-1993.
//= $special ?>