Lokali

Taqbeż f’Mġarr ix-Xini u ssofri ġrieħi gravi

Żagħżugħa ta’ 27 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li qabżet, fi Mġarr ix-Xini, Ta’ Sannat. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.00 tal-bieraħ. Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tfajla mill-Emirati Għarab Magħquda u residenti tas-Sliema qabżet ġol baħar u niżlet ħażin. Iż-żagħżugħa ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza.

Aktar tard it-tfajla ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.