Il-bastiment Harmony of the Seas, illi beda jbaħħar fil-Mediterran din is-sena, spiċċa f’nofs kontroversja wara li llum ċediet waħda mil-life boats li hemm fuqu. Il-cruiseliner kien ankrat fil-port ta’ Marseille.
Jirriżulta li f’dan l-inċident miet persuna, u tnejn oħra jinsabu fil-periklu tal-mewt. Apparti dawn, hemm żewġ persuni li ġarrbu ġrieħi gravi.
Skont l-informazzjoni inizjali, jidher li l-life boat waqgħet minn għoli ta’ 32 pied.
//= $special ?>