Żagħżugħ ta’ 15-il-sena, residenti Raħal Ġdid safa’ milqut minn vettura tat-tip Peugeot 205 fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid. Iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.30.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Fgura minn raġel ta’ 30 sena li wkoll joqgħod Raħal Ġdid.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>