Imxi mal-Hospice Malta biex tagħmel differenza fil-ħajja ta’ familji li għaddew jew għaddejjin minn trauma minħabba l-marda tal-kanċer u minħabba mard terminali ieħor.
Dan hu l-appell li qed tagħmel il-Hospice Malta biex il-Ġimgħa l-pubbliku jattendi għall-attivita’ Midnight Walk. Attivita li ilha ssir għal dawn l-aħħar tmin snin.
Anabel Spiteri bħala uffiċjal responsabbli mil-ġbir ta’ fondi għall-Hospice Malta qaltilna kif b’din l-attivita’ l-pubbliku li jattendi jkun qed jagħti d-dawl li min għaddej minn perjodu ta’ dlam f’ħajtu minħabba l-mard.
Il-Midnight Walk se ssir il-Ġimgħa u tibda fil-11:00pm mill-Pjazza ta’ Bugibba tul il-Kosta tal-Qawra. Għalkemm se jkun hemm rotta itwal dik mill-Pjazza ta’ Bugibba sal-Pjazza tal-Mosta.
Biex wieħed jipparteċipa f’din il-mixja irid jirreġistra billi jew iżur is-sit elettroniku ta’ Hospice Malta jew inkella qabel titlaq il-mixja bir-reġisrazzjonijiet jiftħu għall-ħabta tad-9:00pm fil-Pjazza ta’ Bugibba.
Kull min se jkun qed jipparteċipa minbarra li se jkun għamel donazzjoni se jkun qed jingħata anke ċertifikat bħala rikonoxximent.
//= $special ?>