Is-Sloven Aleksander Čeferin hu l-President il-ġdid tal-UEFA wara li fl-elezzjoni għal ħatra tal-ogħla kariga fil-UEFA, għeleb l-isfida tal-kandidat l-ieħor l-Olandiż Michael van Praag. Dan sar magħruf waqt it-12-il laqgħa Straordinarja tal-Kungress tal-UEFA li sar f’Ateni.
Čeferin li għandu 48 sena, ġab total ta’ 42 vot bl-Olandiż iġib 13-il vot. B’hekk Čeferin li sal-lum kien għadu jokkupa l-kariga ta’ kap tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Slovena, se jieħu post Michel Platini fit-tmexxija tal-UEFA għas-sentejn u nofs li ġejjin sal-2019.
Malta permezz tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo vvutat lil Aleksander Čeferin
//= $special ?>