Internazzjonali

Hillary Clinton lura fix-xena

Hillary Clinton mistennija tirritorna lura fix-xena politika wara li kellha tagħmel pawsa qasira din il-ġimgħa wara li mardet bil-pulmonite.
Xi ħaġa li xejn ma għenet il-kampanja elettorali tagħha hekk kif fadal biss ftit ġimgħat għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana.
Dan kemm għaliex l-Amerikani jieħdu bis-serjetà ħafna s-saħħa ta’ min se jkunu se jeleġġu kif ukoll għaliex jirriżulta li Clinton ħbiet il-fatt li kienet marida u għall-ewwel tat stqarrijiet konfliġenti dwar il-kundizzjoni tas-saħħa tagħha minkejja li dak li kellha ma kienx serju.
Hi b’kollox waqfet għal tliet ijiem imma l-Ħamis filgħaxija mistennija tkompli bil-kampanja.
Minflok Hillary Clinton, l-attivitajiet politiċi li ma attenditx għalihom kienu indirizzati mir-raġel tagħha, Bill, f’Nevada u Kalifornja u mill-President Barack Obama f’Philadelphia.