Ewropa Lokali

Il-ġurnali kollha dalgħodu jagħtu ċamata lil Joseph Muscat

Disfatta kbira ghal Joseph Muscat – in-nominat tieghu twarrab – falliment ghall-Prim Ministru.
Huwa b’dan il-mod illi l-gurnali dalghodu ddeskrivew il-vot qawwi tal-bierah fil-Parlament Ewropew kontra n-nominat ta’ Muscat ghall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat.

Apparti il-ġurnal l-Orizzont, il-gazzetti kollha dalgħodu jagħtu ċamata kbira lill-Prim Ministru.

It-Times bit-titlu Another blow for Muscat, l-Independent tuża l-kelma Rejected b’tipi kbar filwaqt li In-Nazzjon jiddeskrivi dak li ġara lbieraħ bħala Falliment għal Muscat.

Il-maghzul tal-Prim Ministru m’għaddiex mill-vot bi 381 MEP jivvotaw kontra n-nomina tieghu, filwaqt li 58 MEP astjenew. Fi kliem qasir, dan ifisser illi bla dubju anke diversi Ewroparlamentari Socjalisti ivvutaw kontra Leo Brincat.

Wara l-vot qawwi fil-Parlament Ewropew, immedjata kienet ir-reazzjoni tal-eks Ministru Laburista Leo Brincat, li fi stqarrija qal li se jkun qed jinjora l-verdett tal-Parlament Ewropew u se jmur bin-nomina tiegħu quddiem il-Kunsill Ewropew.

Madanakollu, qabel il-vot dwar Leo Brincat, il-Parlament Ewropew qal li l-Kunsill Ewropew għandu jagħti każ tal-opinjoni tal-MEPs.