Henry Opara, Niġerjan ta’ 21 sena dalgħodu tressaq quddiem il-Qorti akkużat li bejn il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u lbieraħ inqabad jimporta madwar 600 gramma ta’ droga kannabis (grass) meta wasal Malta minn Sqallija abbord il-katamaran.
Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, Opara kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu l-ammont imsemmi tad-droga kannabis liema droga instabet f’ċirkostanzi li juru li ma kienitx għall-użu personali tiegħu.
Id-difiża m’għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li m’għandux residenza fissa f’Malta iżda irriżervat id-dritt li tagħmel l-istess talba fi stadju iktar tard waqt il-proċeduri.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Anthony Tabone filwaqt li Opara kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Yanika Bugeja.
//= $special ?>