Sport Waterpolo

Rebħa għaż-żgħażagħ Maltin fil-Kampjonat Ewropew

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kiseb riżultat prestiġġjuż fil-Kampjonat Ewropew li qed isiru fl-Olanda meta fil-partiti ta’ klassifikazzjoni għeleb lil Ażerbajġan 9-5. B’dan ir-riżultat, it-tim Malti assigura li jispiċċa fit-13 jew l-14-il post fejn fl-aħħar partita jilgħab kontra t-Turkija li għelbu lis-Slovakkja 9-7.

It-tim Malti rebaħ l-ewwel sessjoni 2-0 u rnexxielu jżomm il-vantaġġ ta’ żewġ gowls fit-tieni sessjoni. L-Ażerbajġan baqgħu fil-partita fit-tielet sessjoni hekk kif skurjaw l-uniku gowl tas-sessjoni u naqqsu d-distakk għal gowl. Iżda t-tim ta’ Anthony Farrugia rnexxielu jikkontrolla l-pressjoni tal-avversarji u b’ħames gowls fl-aħħar sessjonim, assigura r-rebħa importanti.