Internazzjonali

Shimon Peres f’kundizzjoni kritika l-isptar

L-eks-President Iżraeljan Shimon Peres jinsab rikoverat fi sptar f’Tel Aviv wara li t-Tlieta filgħaxija sofra attakk serju ta’ puplesija.
Peres, li għandu 93 sena, intqal li qed iwieġeb għall-kura li qed jingħata imma l-kundizzjoni tiegħu kienet deskritta bħala kritika imma stabbli bit-tobba, ottimisti li jirkupra.
Minkejja l-ottimiżmu tat-tobba, il-familja tiegħu qalet li dawn kienu żmenijiet diffiċli ħafna għalihom
F’Jannar, Peres kien operat wara li kellu attakk tal-qalb ħafif.