L-Għaqda Maltija għat-trobbija tal-ħut organizzat wirja tal-ħut. Din hi 43 darba li qed titella’ din il-wirja li titella’ bid-dedikazzjoni tal-membri tal-għaqda li għandhom għal qalbhom il-ħut .
Iżda dawn il-ħut m’humiex ħut li mdorrijin naraw hekk kif m’humiex ħut li jikbru fil-baħar imma ħut li jgħix f’ għadajjar u fi xmajjar.
Il-wirja se tkun qed titella’ bejn is-Sibt 17 u l-Erbgħa 21 ta’ Settembru u matul dawn il-jiem se jkun hemm anke eżebizzjoni minn Sharklab Malta u mill-Malta Herpetological Society.
F’din il-wirja se jkun hemm madwar 220 akwarju u mal-200 ħuta ta’ speċi differenti.
Il-wirja qed titella’ f’sala fl-Isptar Monte Carmeli.