Internazzjonali

Aktar arresti fi Franza minħabba terroriżmu

Fi Franza kienu arrestat żagħżugħ ieħor ta’ 15-il sena. Hu kien arrestat f’Pariġi minħabba suspett li, flimkien ma’ oħrajn, kien se jwettaq attakk terroristiku f’isem l-ISIS.
F’dawn l-aħħar ġranet kienu arrestati żewġ żgħażagħ oħra ta’ 15-il sena kollha mill-inħawi ta’ Hauts-de-Seine f’Pariġi.
Dawn ukoll kollha kienu f’kuntatt ma’ Rachid Kassim, estremist Iżlamiku Franċiż li kien il-moħħ wara diversi attentati u li bħalissa jinsab fis-Sirja.
Barra minn hekk matul il-lejl bejn it-Tlieta u lbieraħ, ħames Sirjani kienu arrestati wara li kienu qed jippruvaw jixtru l-armi bil-moħbi.