“Eddie l-Istorja f’1000 Ritratt” hu ktieb ta’ 200 paġna b’1,000 ritratt li jiġbru l-karriera politika ta’ Eddie Fenech Adami mill-bidu sat-tmiem tagħha.
Il-ktieb hu mimli ritratti ta’ mass meetings, avvenimenti ta’ importanza kbira fl-istorja politika ta’ pajjiżna, il-vjolenza politika u l-kisbiet kbar li għamel Eddie Fenech Adami, fosthom id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Hemm ukoll numru kbir ta’ ritratti ta’ Eddie man-nies, ħaddiema u partitarji tal-Partit Nazzjonalista.
L-Editur tal-ktieb, l-Avukat Frank Psaila, ippreżenta kopja tal-ktieb lil Eddie Fenech Adami u lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ilbieraħ fid-Dar Ċentrali tal-PN. Michael Fenech Adami kkordina dan il-proġett.
Il-ktieb se jkun għall-bejgh fuq il-Fosos tal-Furjana matul il-Festi tal-Indipendenza.
Jinbiegħ għall-prezz ta’ €20. Parti mill-qliegħ se jmur għad-Dar tal-Providenza u għall-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>