Is-Sibt, 3 ta’ Settembru, numru konsiderevoli ta’ bodybuilders inġabru f’Bay Street Shopping Complex fejn ġiet organizzata esebizzjoni ta’ Bodybuilding u Fitness bil-koperazzjoni tal-Federazzjoni Maltija tal-Bodybuilding u l-Fitness (MFBF). Din l-esebizzjoni ġiet ippreżentata minn Ralph Decelis, li huwa l-President tal-MFBF, bl-atleti parteċipanti huma dawk li ġimgħa qabel ħadu sehem f’The Battle, avveniment annwali ferm mistenni mid-dilettanti tal-bodybuilding lokali.
Dawk preżenti ġewwa l-kumpless setgħu jammiraw il-mod kif dawn l-atleti, wara sigħat twal ta’ taħriġ u sagrifiċċju, irnexxielhom jilħqu dehra mill-aqwa.
F’kummenti li ta’, Decelis fi tmiem dan l-avveniment, saħaq li għalkemm il-bodybuilding u l-fitness huma meqjusa bħala passatemp, dawk l-atleti li jipprattikaw dawn id-dixxiplini, huma konxji mis-sagrifiċċju li jirrekjedu, u bħala President tal-MFBF, iħossu ferm sodisfatt li fl-aħħar snin fil-gżejjer Maltin qed jiżdiedu l-faċilitajiet fejn dawn l-atleti jistgħu jitħarrġu, fl-istess waqt li ħafna minnhom huma ta’ livell għoli. L-istess kelliem saħaq li hu ta’ sodisfazzjon għal Federazzjoni li numru ta’ atleti lokali qed jikkompetu f’kompetizzjonijiet barra l-pajjiż, fejn ir-riżultati miġjuba huma ferm pożittivi u jawguraw tajjeb għal futur ta’ dan l-isport f’pajjiżna.
Bay Street Shopping Complex se jorganizza esebizzjoni drop down nhar il-Ħadd, 27 ta’ Novembru, fil-jum li fih il-Kumpless se jiċċelebra s-16-il anniversarju mill-ftuħ tiegħu, filwaqt li f’Diċembru se tigi organizzata kompetizzjoni.
//= $special ?>