Tħabbret il-mewt ta’ Silvio Galea, magħruf bħala “Silvio tal-Belt”, fl-età ta’ 70 sena.
Silvio kien persuna magħrufa fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif għal diversi snin ħadem mill-qrib mal-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Ġorġ Borg Olivier u aktar tard mal-eks Viċi Kap Guido de Marco.
Ta’ partitarju akkanit li kien, Silvio kien ukoll wieħed minn dawk li ta’ spiss kien jissejjaħ għas-sigurtà fl-Istamperija fiż-żminijiet politiċi diffiċli li l-Partit għadda minnhom fit-tmeninijiet.
Silvio, miżżewweġ lil Doris u missier ta’ tlett itfal (Jason, Roderick u Jenesia), ħalla din id-dinja lbieraħ waranofsinhar fl-Isptar Mater Dei. Hu se jingħata l-Aħħar Tislima t-Tnejn li ġej fit-8.30am fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Belt.
(Ritratt fuq: Silvio Galea ma’ Ġorġ Borg Olivier u Guido de Marco. Ritratt ipprovdut mil-Librerija Informa.)
//= $special ?>