Kardinal Awstrijak, li ħafna jqisuh bħala favorit biex jilħaq Papa wara l-Papa Franġisku, wissa li l-Ewropa qed tinħakem mill-Musulmani.
Il-Kardinal Christoph Schönborn irriżulta li qal dan nhar il-Ħadd waqt tifkira tal-333 anniversarju mill-Battalja ta’ Vjenna fejn stqarr ukoll li l-Ewropa u n-nies tagħha kienu f’periklu li jitilfu l-wirt Nisrani tagħhom. Il-Kardinal Schönborn wissa li dan diġà kien qed jinħass mhux ekonomikament imma wkoll f’affarijiet umani u reliġjużi.
Il-Kardinal Schönborn għandu 71 sena u hu eksstudent tal-Papa Benedittu XVI.
Bħalissa din it-tema hi waħda attwali ħafna kemm minħabba l-polemiċi li kien hemm fil-pajjiż minħabba l-immigrazzjoni kif ukoll minħabba l-atti terroristiċi ta’ dawn l-aħħar xhur u tant ieħor peress li l-Awstrija tinstab lejn tmiem kampanja elettorali għall-President li hemm possibbiltà kbira li tintrebaħ minn estremist tal-lemin.
Kardinal fl-Awstrija iwissi dwar ‘invażjoni Iżlamika’
