L-anzjan Patrick Lawler kien ilu snin bix-xewqa li jiltaqa’ mal-plejers ta’ Manchester United. Fl-aħħar jiem, huwa qata’ xewqtu meta b’sorpriża żaruh l-isptar il-plejers Marcus Rashford, Jesse Lingard, Ashley Young uTimothy Fosu-Mensah.
L-istorja splodiet fil-media Ingliża minħabba l-fatt illi Lawler miet ftit tal-minuti biss wara li l-idoli tiegħu telqu minn ħdejh.
B’hekk, fuq is-sodda ta’ mewtu, il-plejers ta’ United laħqu bl-eżatt jiltaqgħu mal-anzjan u jaqtgħulu xewqtu.
L-anzjan kellu 73 sena u miet kawża ta’ kanċer.
Wara l-mewt ta’ Lawler, in-neputija tiegħu kitbet messaġġ qawwi li fih faħħret lil dawn il-plejers ta’ Manchester United li sabu ħin iżuruh.
//= $special ?>