L-Ambaxxatur Amerikan għall-Awstralja esprima t-tħassib tal-Gvern tiegħu dwar l-influwenza Ċiniża li hemm fix-xena politika Awstraljana partikolarment minħabba d-donazzjonijiet minn Ċiniżi li qed isiru biex igħinu lil ċerti politiċi.
John Berry qal dan waqt intervista mal-gazzetta ‘The Australian’ qal li kien hemm bżonn li l-Awstralja ssib tarf il-kwistjoni tad-donazzjonijiet barranin lill-politiċi Awstraljani.
Dan wara rapporti ta’ politiċi Awstraljani li kien qed ikollhom vjaġġi lejn iċ-Ċina mħallsa għalihom kif ukoll donazzjonijiet minn kumpaniji Ċiniżi lill-partit politiċi Awstraljani.
Berry qal li l-Istati Uniti kienet imħassba li l-kampanja elettorali ta’ċerti politiċi Awstraljani kienet qed tkun finanzjata miċ-Ċina u li dan kien imur kontra kull sens ta’ demokrazija.
L-Ambaxxatur Amerikan żied li l-Istati Uniti kienet pjuttost imħassba minn kemm il-Gvern Ċiniż kien imdaħħal fix-xena politika Awstraljana.
L- Australian Broadcasting Corp. kienet żvelat li kumpaniji b’rabtiet Ċiniżi kienu taw aktar minn 5.5 miljun dollaru Awstraljan lill-partiti politiċi ewlenin Awstraljani.