Il-Ġermanja ddeċidiet li tagħlaq, temporanjament, l-ambaxxata tagħha fit-Turkija minħabba l-inkwiet dwar xi attakk.
L-awtoritajiet Ġermaniżi għalqu wkoll l-uffiċini kollha konsulari, flimkien ma’ skola, fil-pajjiż partikulari.
Il-gazzetta Ġermaniża Bild kienet irrappurtat dwar din il-miżura fid-9 ta’ Settembru, fejn irriferiet għal ‘prekawzjonijiet’, wara li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fil-Ġermanja sar jaf ‘bl-għajdut dwar attakki fuq faċilitajiet konsulari fit-Turkija’ li kellhom isiru matul il-festa tal-Eid al-Adha għall-Musulmani.
Tingħalaq l-Ambaxxata Ġermaniża fit-Turkija
