Ta’ kull sena l-kumpanija Yellow Pages, li tipproduċi d-direttorji ta’ lewn isfar, tiġbor lura mal-mitt tunellata ta’ direttorji li jintbagħtu barra minn pajjiżna biex jiġu riċiklati.
Għall-kumpanija, ir-rispett lejn l-ambjent hu kruċjali, tant li d-direttorji stess jiġu prodotti minn karta li ġejja minn foresti mmaniġġjati, fejn għal kull siġra li tinqata’ jitħawlu oħrajn ġodda.
Iżda din is-sena, minbarra l-inizjattiva tal-ġbir tad-direttorji għar-riċiklaġġ, il-kumpanija Yellow Pages għażlet li tagħti wkoll donazzjoni ta’ 10 ċenteżmi għal kull direttorju miġbur.
It-tqassim tad-direttorji ġodda, u l-ġbir ta’ dawk antiki diġa beda u jieħu total ta’ għaxart’ijiem, ġurnata minnhom dedikata għal Għawdex.
Mhux hekk biss, imma biex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ direttorji mifruxa mat-toroq Maltin u Għawdxin, il-kumpanija qed iddur mill-ġdid mal-lokalitajiet fejn ikunu tqassmu d-direttorji u tiġbor dawk li jkunu baqgħu mhux miġbura.
//= $special ?>