Lokali

Imnedija l-iskedi l-ġodda ta’ NET Television u Radio 101 | Mil-lejla libsa ġdida għal NETnews

Illum waranofsinhar, NET Television u Radio 101 niedew l-iskedi l-ġodda għall-Ħarifa b’varjetà sħiħa ta’ programmi. Fuq NET Television ma jonqsux programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, politika, sport, drama, lifestyle u tant programmi oħra.

Skeda ta’ programmi riżultat ta’ xhur ta’ ħidma mill-amministrazzjoni ta’ Media.Link Communications. Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Brian St John qal li din l-iskeda tirrifletti xhur sħaħ ta’ ħidma biex jintgħażel l-aqwa prodott.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tat-Taqsima Programmmi ta’ NET Television Josef Fitzpatrick qal li din l-iskeda rat kif twessa’ aktar il-varjetà tal-programmi biex l-istazzjon jipprova jattira lejh aktar udejnzi ġodda.

U Elton Abela, il-Kap tat-Taqsima tar-Reklamar, fisser kif il-Programmi ta’ din l-iskeda se jkunu wkoll ta’ attrazzjoni għan-negozji li jixtiequ jirreklamaw fuq NET Television.

L-iskeda l-ġdida, li tibda t-Tnejn, 26 ta’ Settembru, tfisser ukoll programmi ġodda fuq Radio 101. Skeda varjata, li se tara wkoll ir-ritorn ta’ numru ta’ DJs, aktar programmi sportivi u anke programm għall-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Fost oħrajn se jkun hemm ir-ritorn ta’ DJ Noel Mallia, filwaqt li għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, Radio 101 se jippreżenta lil DJ Toby bi programm ta’ mużika ‘dance’.

Bħala parti mill-bidu tal-iskeda, mil-lejla NETnews se jkollu libsa ġdida, anke b’format differenti bl-iskop li jkun aktar informattiv u li jidħol fil-fond tal-aħbar.

NET Logo Your Media Partner