Sport Waterpolo

Malta tispiċċa fl-14-il post

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena temm l-impenji tiegħu fil-Kampjonat Ewropew bil-partita għat-13 u l-14-il post kontra t-Turkija. It-tim nazzjonali Malti ħareġ tellief 11-8 biex spiċċa fl-14-il post li xorta hu riżultat prestiġġjuż għaliex din hi l-ogħla pożizzjoni li t-tim nazzjonali Malti qatt kiseb.

It-tim Malti rnexxielu jirbaħ l-ewwel sessjoni 4-3, iżda t-Torok dawru l-iskor u daħlu jistrieħu żewġ gowls minn fuq. It-Turkija komplew jiddettaw il-logħob u għamlu l-iskor 11-5, skor li kien diffiċli għat-tim Malti biex jirkupra, biż-żgħażagħ Maltin jirbħu l-aħħar sessjoni b’żewġ gowls.

Għat-tim Malti skurjaw tripletta kull wieħed Jeremy Abela u Ben Plumpton flimkien ma’ gowl kull wieħed ta’ Jacob Sciberras u Nicholas Bugelli. Il-kontinġent Malti jirritorna f’Malta t-Tnejn li ġej fit-2.50pm.