Illejla, Muscat reġa’ falla test ieħor meta, flok aċċetta l-proposti tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, biex fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkun hemm Maltin li huma serji u li m’humiex involuti fl-iskandlu tal-Panama, għażel li jwebbes rasu u jkompli għaddej b’Leo Brincat. Dan minkejja li l-partiti politiċi kollha tal-Parlament Ewropew ivvutaw kontrieh minħabba li vvota favur Konrad Mizzi u l-kumpanija sigrieta tiegħu fil-Panama.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-verità hi li l-uniku bniedem li qed jagħmel il-ħsara lil pajjiżna hu Joseph Muscat li lest iwebbes rasu quddiem vot qawwi tal-Parlament Ewropew – liema istituzzjoni hu stess kien membru tagħha. Muscat messu, għal darba, jieqaf iwebbes rasu, u jinnomina persuna serja bħall-Awditur Ġenerali u l-Ombudsman li diġà għandhom l-appoġġ tal-Parlament Malti.
Kull darba li jkun maqbud f’rokna, l-uniku reazzjoni ta’ Muscat tkun attakk dirett fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu ferm aħjar minn hekk, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>