Lokali

Priġunier f’qagħda kritika wara li għamel ħsara lilu nnifsu

Priġunier f’Diviżjoni 1 fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin jinsab f’qagħda kritika wara li pprova jagħmel ħsara lilu nnifsu.

Stqarrija tal-Gvern tgħid li għall-ħabta tal-11.30a.m., uffiċjali tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabu lill-priġunier li għamel ħsara lilu nnifsu waqt li kien fiċ-ċella tiegħu. L-uffiċjali korrettivi intervenew minnufih u pprovdew l-ewwel għajnuna medika flimkien mat-team paramediku.

Il-priġunier ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn il-kondizzjoni tiegħu kienet ċertifikata bħala waħda kritika. Il-Pulizija ġiet infurmata u qed tinvestiga. Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.