Internazzjonali

Protesti vjolenti minħabba r-riformi tax-xogħol fi Franza

Eluf kbar ta’ dimostranti imlew it-toroq ta’ Pariġi u bliet oħrajn biex jipprotestaw kontra liġi kontroversjali għal riformi fil-qasam tax-xogħol li, fost oħrajn, jiffaċilitaw l-ingaġġ u t-tkeċċija ta’ ħaddiema.

Id-dimostrazzjonijiet wasslu għal diversi konfronti bejn in-nies u l-pulizija għal kontra l-irvellijiet f’Pariġi kif ukoll fl-ibliet ta’ Nantes, Toulouse, Rennes, Grenoble u Montpellier.

Waqt l-inċidenti, iż-żgħażagħ mgħammdin waddbu l-fliexken u l-bombi tan-nar bir-riżultat li indarbu numru ta’ pulizija. Ir-rapporti anki rreferew għal ‘diversi dimostranti li weġġgħu ukoll fl-inċidenti.’

Il-Ministru Franċiż għall-Intern, Bernard Cazeneuve, fisser il-vjolenza bħala inaċċettabbli, bil-unions tal-ħaddiema jsostnu li d-dimostrazzjonijiet kienu talaħħar kontra r-riformi fil-liġi tax-xogħol li l-Gvern tal-President Soċjalista, Francois Hollande, kien għadda f’Lulju li għadda.

Il-proposti għas-settur tax-xogħol tant ma niżlux tajjeb – inkluż ma xi membri tal-Partit Soċjalista ta’ Hollande – li l-Gvern kellu japprova l-liġi inkwistjoni mingħajr vot.

Il-unions Franċiżi issa se jikkonċentraw fuq l-isfidi legali għar-riformi waqt li jonqsu l-attivitajiet ta’ protesta fit-toroq. Madankollu, il-unions insistew li mhumiex se jnaqqsu mill-pressjoni fuq Hollande, meta l-elezzjoni għall-Presidenza ta’ Franza tinsab seba’ xhur ‘il bogħod.