Għall-ewwel darba, il-Malta International Airshow se tara l-parteċipazzjoni tal-Qawwa tal-Ajru Ukrena. Dan tħabbar meta waqt konferenza tal-aħbarijiet ngħataw dettalji dwar l-airshow ta’ din is-sena, li se ssir bejn is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Settembru.
L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun l-24 waħda u se tara l-paretċipazzjoni ta’ Malta, Franza, l-Italja, l-Polonja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. L-Ukrajna se tipparteċipa għall-ewwel darba.
B’kuntlarju għal snin oħra, din is-sena, l-airshow se tkun maqsuma fi tnejn – ix-xow statika fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u x-xows fl-ajru – li se jsiru fiż-żona ta’ Smart City.
Fil-jumejn tal-airshow, l-Italja se tkun qed tagħlaq il-ġurnata, b’wirja akrobatika permezz tat-tim ‘Pioneer’, li se tkun tinkludi wirja ta’ piroteknika li se tinħaraq mill-ajruplani stess waqt li jkunu fl-ajru.
Waqt il-konferenza ntqal li mhux permess li jinstaqu ‘drones’ fiż-żoni fejn se ssir l-airshow. Id-dħul għall-wirja statika tal-ajruplani hu bi ħlas – bejn l-10 ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ waranofsinhar. Tfal taħt l-14-il sena jidħlu b’xejn. Ix-xows fl-ajru, min-naħa l-oħra, se jsiru bejn il-5 u s-7.30 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>