Internazzjonali

Il-Ġermanja: Sigurtà kbira waqt l-Oktoberfest

L-Oktoberfest ta’ Munich, fil-Ġermanja, fetħet taħt sigurtà kbira, meta l-awtoritajiet qegħdin jieħdu l-miżuri kollha neċessarji fid-dawl tal-aħħar attakki terroristiċi li laqtu lill-pajjiż fl-aħħar xhur.

L-Oktoberfest hi magħrufa madwar id-dinja bħala l-festival tal-birra ewlenija u l-ogħla uffiċjali tal-Pulizija fi Munich qalu li n-nies iridu jserrħu rashom li jistgħu jiddevertu f’ambjent ta’ sigurtà, waqt il-festival.

Għaldaqstant, żdiedet il-preżenza tal-pulizija għal waqt l-Oktoberfest u meta qed jidher ċar it-titjib fis-sistemi tas-sigurtà madwar iz-zoni strateġiċi ta’ Munich.